“L-Għażla Jekk Dan Il-Baġit Jitwettaqx Jew Le Għalhekk Hija F’Idejn Il-Poplu…” – Il-PM Robert Abela

 “L-Għażla Jekk Dan Il-Baġit Jitwettaqx Jew Le Għalhekk Hija F’Idejn Il-Poplu…” – Il-PM Robert Abela

Wara sagħtejn ta’ diskors mill-Prim Ministru Robert Abela b’kontro-replika għad-diskors tal-Kap Tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech li għamel ilbieraħ, fl-aħħar ftit sentenzi sostna illi dan il-baġet se jkun f’idejn il-poplu li jiddeċiedi jekk jiġix implimentat jew le.

Dan il-messaġġ kien indikazzjoni li l-elezzjoni ġenerali jista jkun li tinsab fil-qrib.

Robert Abela qal li “il-miżuri kollha li semmejt matul dan id-diskors jitwettqu biss jekk il-poplu jagħti l-fiduċja tiegħu lil din l-amministrazzjoni l-ġdida, biex tkompli tmexxi lil pajjiżna.”

Fl-aħħar saħaq ukoll li “l-għażla jekk dan il-baġit jitwettaqx jew le għalhekk hija f’idejn il-poplu.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com