Illum Ġurnata Bix-Xemx…Però Billejl Jaf Nerġgħu Nisimgħu R-Ragħad

🌤🌩 It-temp illum il-biċċa l-kbira xemxi bi ftit sħab kultant u jinħass umdu. Maltempati bir-ragħad lejn il-Punent u l-Majjistral tal-inħawi tard billejl.
[☔️: 30% | ⚡️: 55%]
🌬 Ir-riħ umdu u ħafif (F3-4) min-Nofsinhar (S) u x-Xlokk (SE).
🌊 Il-baħar ġeneralment moderat, l-aktar fejn jaqbel.
🌡 L-ogħla temperatura llum: 29°C; l-inqas illejla: 23°C.
🥵 Tinħass: 33°C | 22°C 🥶
🔅 Indiċi UV: 6
Ritratt mill-isbaħ tal-gżira ta’ Filfla miġbud riċentement mill-inħawi ta’ Lapsi fil-limiti tas-Siġġiewi, grazzi għal Nick Camilleri