Bil-Filmat: Ristrutturar Totali Tal-Binja Rużar Briffa F’San Vincenz De Paul B’Investiment Ta’ €15-il Miljun

 Bil-Filmat: Ristrutturar Totali Tal-Binja Rużar Briffa F’San Vincenz De Paul B’Investiment Ta’ €15-il Miljun

Ilbieraħ filgħaxija fir-residenza San Vinenz De Paul ġiet inawgurata t-tieni fażi tal-proġett fuq il-binja Rużar Briffa.

Din il-binja kbira għal diversi snin kienet abbandunata u ma tintużax.

B’dan il-proġett ta’ €15-il miljun din il-binja ġiet mgħammra bl-aqwa faċilitajiet possibbli sabiex tkun ta’ servizz għal anzjani tagħna.

Apparti x-xogħol kbir li sar internament sar xogħol ta’ restawr tal-faċċata ta’ din il-binja storika.

Din il-binja nfetħet b’mod uffiċjali waqt inawgurazzjoni mill-Ministru għall-Anzjanità Attiva Michael Farrugia flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-isptar, Dr Josianne Cutajar fost diversi mistiedna.

Ara l-filmat:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com