Jekk Il-Pulse Tirbaħ, Din Tkun Is-Sitt Elezzjoni Infila Li Rebħu

 Jekk Il-Pulse Tirbaħ, Din Tkun Is-Sitt Elezzjoni Infila Li Rebħu

Hekk kif bdiet sena skolastika ohra, l-istudenti tal-Junior College qed iħejju ruħhom għall-elezzjonijiet tal-Kunsill Studenti Junior College. Għal kuntrarju ta’ snin oħra jekk il-Pulse tirbaħ din l-elezzjoni ser tkun waħda storika għaliex jintlaħaq rekord ta’ sitt elezzjonijiet infila mirbuħa minn din l-għaqda.

Illum l-għaqda soċjo-demokratika Pulse għadha kif ħabbret it-tim tagħha għal din l-elezzjoni. It-Tim jinkludi tmien kandidati li fih varjazzjoni ta’ esperjenza, enerġija u determinazzjoni. Dan it-tim ser ikun immexxi minn Jade Muscat li ser tikkontesta fil-kariga ta’ President. Il-Kandidati li ser jikkontestaw din l-elezzjoni huma:

Sarah Cachia
Jake Spiteri Montebello
Jake Muscat
Kylie Bonnici
Yan Trovato
Faith Casha
Kieran Muscat
Jade Muscat

Il-Kampanja ser tkun ibażżata fuq l-islogan ‘Together For More’. Il-messaġġ magħżul idur mal-prinċipji fundamentali ta’ din l-għaqda.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com