Jekk Xi Ħadd Jitolbok Xi Ħaġa Tal-Flus Imqar €2, Ittieh?
Forsi mhux mistoqsija la kemm taqbad u twieġeb bla ma taħseb. Qabel xejn, li xi ħadd jitlob flus lil xi ħadd ieħor, ifisser ħafna.
Dan mhux qed nitkellmu fuq film li naraw ta’ żmien l-antik. Qed nitkellmu fuq il-mument attwali. Forsi iżjed viżibbli barra minn Malta iżda f’pajjiżna, qed issir ukoll.
Tajjeb li wieħed jaħseb ftit. Il-persuna kapaċi veru jkollha bżonn. Hemm ukoll kwistjoni li forsi l-persuna li qed titlob, qed tagħmel hekk għal bosta raġunijiet, fosthom għax ma tistax taħdem jew għax ma tridx, għax veru qiegħda f’sitwazzjoni ta’ disprament jew inkella forsi għad-droga?
Jekk ma tagħtix tħossok qisek inqast, anke forsi mill-aspett ta’ valuri li tħaddan. Imma intom x’taħsbu dwar dan? M’Aħnhiex niġġudikaw lil ħadd… qed niddiskutu magħkom.