Mark Zuckerberg Ħabbar Li L-Kumpanija Facebook Saret Meta

 Mark Zuckerberg Ħabbar Li L-Kumpanija Facebook Saret Meta

Hekk kif ftit jiem ilu tħabbar li l-kumpanija Facebook ħa tkun qed tibdel isimha, dan fil-fatt seħħ ftit tal-ħin ilu, hekk kif il-fundatur Mark Zuckerberg ħabbar li l-kumpanija issa sar jisimha Meta.

Għalkemm il-kumpanija Facebook bidlet isimha għal Meta l-apps tagħha bħal Facebook, Instagram u WhatsApp mhux mistennija jibdlu l-isem.

Dan huwa pass kbir ‘l quddiem fid-dinja teknoloġika hekk kif issa dħalna f’era diġitali ġdida.

Il-kumpanija Meta ħa tkun qed toħloq metodi differenti ta’ kif in-nies jkunu jistgħu jikkomunikaw u jaħdmu flimkien f’dinja virtwali.

Mark Zuckerberg qal ukoll li din il-kumpanija ħa tkompli tkabbar l-operat tagħha fejn il-pjan huwa li matul il-ħames snin li ġejjien ħa jkunu qed joħolqu 10,000 impjieg fl-Ewropa.

Ritratt: Reuters

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com