“M’humhiex Xierqa Għad-Daħla Tal-Kapitali!”
Ritratt li ttella’ fuq The Island.mt juri ħġieġ li kien sar fi Pjazza Tritoni fil-proġett li sar u li sebbaħ id-daħla tal-Kapitali Maltija iżda li issa ilu ftit imkisser.
Persuna li tkellmet magħna qaltilna “M’humhiex xierqa għad-daħla tal-kapitali. Ilhom imkissrin żmien. Kemm idumu biex jibdluhom?!”
Qalulna wkoll li qas hu posthom hemm minħabba li jiżolqu ħafna u li għandhom isiru ħġieġ apposta biex ma jiżloqx.
Il-ħġieġ kien sar biex juri parti mill-fortifikazzjoni li jidhru li jiffurmaw parti mir-Ravelin ta’ Santa Maddalena.
Intom x’taħsbu dwar dan?
Ritratt: The Island.mt