Peter Agius Jgħid Li L-Aħbarijiet Ta’ TVM Qed Iqarrqu Bin-Nies

 Peter Agius Jgħid Li L-Aħbarijiet Ta’ TVM Qed Iqarrqu Bin-Nies

Il-Kelliem tal-PN Peter Agius f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali tiegħu kiteb dwar dak li ġara lbieraħ fil-konferenza stampa u dak li deher fuq l-aħbarijiet ta’ TVM filgħaxija.

Agius sostna li waqt il-konferenza ntqal li “l-Gvern qed jisirqek f’kull kont tad-dawl li jasallek – f’każijiet anke 50 sa 80 euro kull kont.” Huwa kompla jgħid li “kkundannajna lill-Gvern li ma ndirizzax dan fil-baġit fejn fil-fatt ammetta li qed jisirqek.”

Peter Agius saħaq li waqt il-konferenza qal dak li diġà ħabru f’Mejju, jiġifieri li “Gvern ġdid Nazzjonalista ħa jkun qed jagħti lura l-flus kollha misruqa minn dan il-Gvern.”

Il-Kelliem Ewlieni tal-PN f’ritratt li ppubblika mal-messaġġ werra kif waqt l-aħbarijiet ta’ TVM deher il-kontra ta’ dak li ntqal, ”Il-PN qed jgħid li mhux se tingħata rifużjoni lin-nies’.”

Peter Agius temm jgħid li dan qed isir biex jħawdu lin-nies li jkunu qed jaqraw u jisimgħu l-aħbarijiet u joħolqu konfużjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com