Possibilità Li Jitneħħew Il-Maskri Fl-Iskejjel Wara L-Vaganzi Tal-Milied

 Possibilità Li Jitneħħew Il-Maskri Fl-Iskejjel Wara L-Vaganzi Tal-Milied

Waqt konferenza tal-aħbarijiet mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne tħabbar li hemm possibilità li l-maskli fl-iskejjel jitneħħew wara l-vaganzi tal-Milied.

Il-Ministru qal li bħal issa qed jiġbru l-informazzjoni f’dawn l-ewwel jiem ta’ skola sabiex ikunu jistgħu jaraw u janalizzaw is-sitwazzjoni fl-iskejjel wara l-ewwel xahar. Dawn ir-riżultati b’mod xjentifiku jkunu jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet sabiex jkomplu jitnaqqsu l-miżuri.

Il-Ministru Fearne ħabbar ukoll li l-kwarantina għal dawk it-tfal li jkunu f’kuntatt pożittiv ma’ tfal oħra ħa jkun qed jinżel minn 14-il ġurnata għal 7 t’ijiem.

Chris Fearne qal kif sal-lum ingħataw 20,000 doża booster. Huwa qal ukoll li f’Diċembru din id-doża addizzjonali ħa tibda tingħata lill-ħaddiema tas-saħħa, lill-għalliema u anke dawk ir-residenti li jgħixu f’istituzzjonijiet madwar Malta u Għawdex.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com