Raġel Jinduna Li T-Tifel Mhux Tiegħu Wara 8 Snin

 Raġel Jinduna Li T-Tifel Mhux Tiegħu Wara 8 Snin

Raġel li rabba tifel għal tmien snin rnexxielu jneħħi ismu minn fuq iċ-ċertifikat tat-twelid wara li skopra li t-tifel ma kienx tiegħu imma kien ta’ raġel ieħor.

B’kawża fil-Qorti l-Imħallef Abigail Lofaro ordnat li isem ir-raġel jitneħħa minn fuq iċ-ċertifikat u minflok jitniżżel ‘father unknown’.

Ir-raġel qal lill-Imħallef li hu u omm it-tifel kienu ilhom f’relazzjoni għal seba’ snin meta darba minnhom qaltlu li kienet tqila u li hu kien il-missier.

Ir-raġel irrakkonta kif dak iż-żmien huwa kien bla xogħol iżda għamel sforz biex isib xogħol u jaħdem biex ikun jista’ jixtri post fejn setgħu jgħixu bħala familja.

Meta twieled it-tifel, huwa kien irreġistrat bħala missier bijoloġiku tiegħu fiċ-ċertifikat tat-twelid. Huwa qatt sa dakinhar ma ssuspetta li s-sieħba tiegħu kienet qed tigdiblu.

Sakemm meta t-tifel kellu tmien snin kien ra messaġġ fuq il-mobile tas-sieħba mibgħut mingħand ex kollega li qala: “ma nafx kif…qed irabbi tifel li mhux tiegħu u inti mintix tibża”. Wara li kien ra dan huwa kkonfronta lis-sieħba tiegħu fejn l-ewwel qalet li ma tafx minn kien, però wara hija ammettiet li missier it-tifel kien joqgħod maġenb id-dar tal-ġenituri tagħha.

Dan kollu kien konfermat fil-Qorti permezz ta’ testijiet ġenetiċi li saru fuq iż-żewġ irġiel.

Il-missier bioloġiku qal li omm it-tifel qatt ma qaltlu li t-tifel kien tiegħu għalkemm fix-xhieda tiegħu, huwa qal li minn żmien għal żmien huwa kien ikollu x’jaqsam mal-mara.

Il-Qorti qalet biex l-omm tara li tieħu deċiżjonijiet favur l-interess tat-tifel u sabiex it-tifel ikun mgħarraf minn huwa verament missieru. Ġie ordnat ukoll li l-kunjom tat-tifel jinbidel għal dak ta’ ommu wara li hi stess talbet dan.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com