Raġel Ta’ 25 Sena Se Jitressaq Il-Qorti Akkużat Bi Vjolenza Fuq Anzjan Ta’ 70 Sena

Wara ħidma konġunta bejn Violent Crimes Unit u tad-Distrett ta’ Birkirkara, illum, għall-ħabta tad-9am, il-Pulizija ser tressaq raġel barrani ta’ 25 sena l-Qorti, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella.
Fi stqarrija ntqal li huwa ser jitressaq b’akkużi relatati ma’ serq bil-vjolenza u kkaġunar ta’ ġrieħi ħfief fuq anzjan ta’ 70 sena, fost oħrajn, liema każ ġara nhar id-19 ta’ Settembru 2021 ġewwa Birkirkara.