Rosianne Cutajar Titkellem Dwar Il-Vulnerabbilità Tan-Nisa Li Jisseparaw F’Età Kbira

 Rosianne Cutajar Titkellem Dwar Il-Vulnerabbilità Tan-Nisa Li Jisseparaw F’Età Kbira
L-Onorevoli Membru Parlamentari Rosianne Cutajar saħqet dwar l-importanza li nieħdu ħsieb lil dawk in-nisa tad-dar li jisseparaw f’età kbira. Qalet, li dawn huma nisa vulnerabbli bla dħul ta’ xejn u li bħala deputat se tibqa’ tressaq dawn ir-realtajiet soċjali ‘il quddiem.
Ħa nibqa’ naħdem bħala Deputat sabiex il-mara temanċipa ruħha, il-mara tissaħħaħ iżda fuq kollox is-soċjetà b’mod inġenerali tissaħħaħ. U dik hija Malta li nixtieq inħalli lil uliedna; tfajliet u nisa indipendenti li jieħdu deċiżjonijiet b’mod liberu“, saħqet l-Onorevoli Rosianne Cutajar fil-Parlament.
Cutajar qalet li din hija sitwazzjoni li tinkwetaħha meta taħseb f’nisa, li għexu ħajjithom id-dar iduru mal-bżonnijiet tal-familja u li f’daqqa waħda, jaffaċċjaw separazzzjoni u jispiċċaw kważi b’xejn.
Intom x’taħsbu dwar dan?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com