Se Jagħmel Dħul B’Xejn Għall-Istaff Ta’ Mater Dei U L-Korp Tal-Pulizija

 Se Jagħmel Dħul B’Xejn Għall-Istaff Ta’ Mater Dei U L-Korp Tal-Pulizija

“Kif jiftaħ kollox nagħmel weekend dħul b’xejn ġol-Arka ta’ Noè,” hekk kiteb Anton Rea Cutajar tard ilbieraħ filgħaxija fuq il-mezzi soċjali tiegħu, fejn qal li ħa jkun qed jagħmel dan “għall-istaff kollu ta’ Mater Dei u għall-korp tal-Pulizija tal-għajnuna li taw lil poplu Malti kollu fiż-żmien il-pandemija.”

Fil-messaġġ tiegħu Anton qal li “dawn in-nies irridu nirringrazzjawhom u rridu nkunu aħna li naħsbu fihom ukoll.”

Anton Rea Cutajar sid l-Arka ta’ Noè temm jgħid li din kienet wegħda li kien għamel flimkien mal-mara tiegħu Elaine Caruana fil-bidu tal-pandemija.

Matthew Pullicino

Insegwi b'mod attiv dak kollu li jkun qed jiġri, kemm lokali kif ukoll internazzjonali. Naffaxina ruħi bl-istorja, arti kultura li għandna f'pajjiżna u dak kollu li huwa Malti. Naħdem ħafna qrib għaqdiet volontarji fil-qasam kulturali u l-esperjenza tiegħi f'dan ix-xogħol nieħu pjaċir naqsamha ma' ħaddieħor