Stħarriġ Sab Li L-Investituri Barranin Naqqsu L-Interess Tagħhom F’Malta
Stħarriġ li sar minn EY sab li Malta mhix qed tkun attrajenti għall-investituri barranin.
Dan lis-studju ħareġ wara li pajjiżna tpoġġa fil-lista l-griża, fejn jidher ċar li l-investiment lejn pajjiżna huwa mtappan.
F’dan l-istħarriġ ħareġ kif huma 37% biss tal-investituri barranin li qed jaraw lil Malta attrajenti biex jinvestu fiha. Is-sena l-oħra qabel Malta daħlet fil-lista l-griża tal-FATF kienet qed tiġbed l-interess ta’ 62% tal-investituri barranin.
Min-naħa l-oħra 46% qed jgħidu li pajjiżna ma jarawħx bħala pajjiż attrajenti biex jinvestu fih. Mqabbel mas-sena 2020 dan kważi rdoppja, fejn is-sena l-oħra dan kien qed jimmarka li hemm 25% biss tal-investituri barranin li mhux jaraw lil pajjiżna sigur biex jinvestu fih.
F’dan l-istudju li sar ma’ 110 kumpanija bejn Lulju u Awwissu 2021 ħareġ li 84% jaħsbu li l-greylisting ta’ pajjiżna ħa jkun qed iħammeġ ir-reputazzjoni tagħna, filwaqt li 55% qalu li ħa tkun iktar diffiċli li wieħed jkun jista’ jagħmel negozju f’pajjiżna.
Fost il-kumpaniji intervistati ħareġ x’jaraw l-aktar ta’ interess li jiġbduhom biex jinvestu f’Malta. Hu fl-ewwel post insibu s-sistema ta’ taxxa li għadna f’Malta.
Ritratt: Reveal Malta