Studenti Kellhom Jorqdu Barra L-Elective Unit Fl-Università Ta’ Malta Biex Jilħqu Post Għas-Suġġett Li Riedu

 Studenti Kellhom Jorqdu Barra L-Elective Unit Fl-Università Ta’ Malta Biex Jilħqu Post Għas-Suġġett Li Riedu

Diversi studenti spiċċaw b’rabja kbira hekk kif kellhom jagħmlu lejl quddiem l-Elective Unit fl-Università ta’ Malta biex jilħqu post għas-suġġett li jkunu jridu jieħdu.

Din kienet is-sitwazzjoni matul dan il-lejl fl-Università ta’ Malta sabiex studenti tal-liġi jkunu jistgħu jilħqu post f’suġġetti li jridu jagħmlu biex jilħqu l-credits li jkollhom bżonn.

Persuna fuq il-mezzi soċjali qalet li fil-5:19am ġa kien hemm 74 student li ħafna minnhom ġa kienu bdew jaslu fl-Università ftit wara nofs il-lejl.

L-istudenti jkollhom bżonn japplikaw għal dawn l-electives fejn kull suġġett jkun jieħu biss 25 student.

Komplew jiktbu kif din hija ħaġa redikola aktar u aktar wara li suppost mill-pandemija tagħlima kif ħafna affarijiet jistgħu jmorru online u mhux lis-studenti kellhom jagħmlu lejl sħiħ biex forsi jilħqu post fis-suġġett li jridu.

Student qal li kien ilu hemm mill-4am u ġa jaf li mhux ħa jkollu l-opportunità li jagħżel is-suġġett li jrid. Xi ħadd ieħor qal li flok qed ngħinu lill-istudenti fi żmien tant stressanti, qed nkomplu nagħmlulhom ħajjithom aktar diffiċli.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com