Tafuha L-Ġrajja tat-Taraġ Tal-Injam Li Nħadem B’Mod Divin?

 Tafuha L-Ġrajja tat-Taraġ Tal-Injam Li Nħadem B’Mod Divin?

Mark Grech tella’ storja interessanti fuq il-midja soċjali tiegħu fejn ikkonfermajna wkoll li hija storja magħrufa fi ħda n il-Knisja Kattolika.

Jingħad li s-sorijiet ta’ Loreto, ordni reliġjuża li għandhom knisja f’Sante Fe fil-Messiku, sejħu diversi mastrudaxxi biex jippruvaw isibu soluzzjoni għal biċċa xogħol fil-knisja.

Ġie propost li minflok taraġ, li jinterferixxi mal-ispazju intern tal-kappella, għandu jinbena sellum.

Wara li rrifjutaw is-sellum bħala soluzzjoni mhux xierqa, is-sorijiet bdew jitolbu lil San Ġużepp, il-patrun tal-mastrudaxxi.

Grech spjega kif jingħad li fid-disa’ jum ta’ talb, raġel deher fil-kappella jfittex ix-xogħol, mgħammar b’għodda biss.

Ftit xhur wara, il-kostruzzjoni tlestiet. Ir-riżultat kien taraġ spirali twil 22 pied bi 33 tarġa (l-età ta’ Ġesù meta ġie msallab), li jagħmel żewġ dawriet ta’ 360 grad.

Il-mastrudaxxa sparixxa mingħajr ma tħallas. Uħud mis-Sorijiet emmnu li kien San Ġużepp innifsu, li wara li sema’ t-talba, ġie għall-għajnuna tagħhom.

F’kitba fil-gazzetta Washington Post minn Tim Carter qal:

“It’s a magnificent work of art that humbles me as a master carpenter. To create a staircase like this using modern tools would be a feat. It’s mind-boggling to think about constructing such a marvel with crude hand tools, no electricity and minimal resources.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com