Taħseb Li Daniel Chircop Għandu Raġun Fuq Dawn Ir-Restrizzjonijiet Tal-Covid-19?
Hekk kif pajjiżna jkompli jżomm postu bħala l-aqwa pajjiż fid-dinja li qed jirkupra malajr mill-pandemija, xorta waħda għadna qed nosservaw diversi restrizzjonijiet imposti mid-dipartiment tas-saħħa.
Il-komiku popolari Daniel Chircop f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali staqsa lill-Ministru Chris Fearne għaliex għadna qed nitolbu swab test negattiv lil tfal ta’ bejn il-5 u t-12-il sena biex jattendu għal attività.
“Jekk imorru skola, nurseries tal-football u sport ieħor, żfin, meta jmorru jixtru l-Lidl…ma jagħmlux?” saqsa Chircop lill-Ministru filwaqt li staqsa ukoll “ma taħsbux li issa hu l-ħin li nieqfu u nħallu lil dak li jkun jieħu ħsib tiegħu nnifsu u ta’ uliedu?
Huwa qal li din għanda tkun responsabiltà ta kull individwu li jekk ma jħossux komdu li jmur f’ċertu post ma jmurx, imma “mhux timponi fuq in-nies.”
Nixtieq risposta jekk jogħġbok? Staqsa Daniel Chircop lill-Ministru Chris Fearne.
X’taħsbu inthom fuq din il-kwistjoni?