Tifel Ta’ 6 Snin Sofra Ġrieħi Gravi Wara Li Ġie Attakkat Minn Kelb

 Tifel Ta’ 6 Snin Sofra Ġrieħi Gravi Wara Li Ġie Attakkat Minn Kelb

Tifel ta’ 6 snin sofra ġrieħi wara li ġie attakkat u migdum minn kelb.

Il-każ seħħ ilbieraħ, għal xi l-3:45hrs, fil-Park tal-Familja fi Triq Sant’Antnin, Wied il-Għajn.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lit-tifel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com