Tikolx Din Iż-Żerriegħa Minħabba Livelli Elevati Ta’ Pestiċidi

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema rapida għall-ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba livelli elevati ta’ pestiċidi, fosthom l-Ethylene oxide.
Isem tal-prodott: Dill seeds
Ditta: Abido Spices
Piż / kontenitur: Pakkett ta’ 50 gramma
Lott: L4818, L4687
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 21337333.