Tista’ Tgħin L-Istrina Meta Tixtri L-Kartolini Tal-Milied

Din is-sena tista’ tixtri l-kartolini tal-Milied u tgħin lill-Malta Community Chest Fund Foundation.
Wara s-suċċess tal-ġbir ta’ fondi b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation mill-Kartolina għall-Istrina is-sena l-oħra, MaltaPost ser terġa’ tniedi l-edizzjoni speċjali ta’ kartolini tal-Milied u l-qligħ kollu se jerġa’ jmur għal din il-Fondazzjoni.
Dan is-sett ta’ 8 kartolini juru xeni mill-kapulavur tan-Nativita’ ta’ Giuseppe Cali li tinsab fil-koppla fil-Knisja ta’ Ġesù Salvatur f’Ħal-Lija. Is-sett fih ukoll xeni minn pitturi ta’ żewġ artisti lokali, Alison Agius u Claire Marie Medati Stride.
Is-sett ‘Kartolina tal-Milied għall-Istrina’ jinsab għal bejgħ mill-Fergħat Postali kollha kif ukoll online fuq www.maltapost.com/christmascards għall-prezz ta’ €5 kull pakkett ta’ 8 kartolini.