Wasal Iż-Żmien Li L-Pulizija Jistgħu Jkunu Bit-Tattoos?
Dalgħodu f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali tiegħu l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri qal li bit-trasformazzjoni strateġika li qed issir fil-Korp tal-Pulizija ħa tkun qed titwettaq bidla pożittiva biex din il-forza tkun iżjed moderna u inklussiva, filwaqt li tkun aktar rappreżentattiva tas-soċjetà.
Huwa tenna jgħid li “għalhekk nemmen ukoll li issa jeħtieġ li nagħmlu bidla oħra fil-mentalità. Nemmen li wasal iż-żmien biex il-Korp tal-Pulizija jaġġorna l-proċeduri tiegħu, bħal ma għamilna f’ċirkostanzi oħra, dwar reklutaġġ ta’ persuni li għandhom tattoos.”
Il-Ministru Camilleri fil-messaġġ tiegħu temm jgħid li dan għandu jsir bil-għan li ma jintilfux iżjed talenti sempliċiment għax persuna għażlet li jkollha tattoo filwaqt li qal li dan għandu jsir b’linji gwida ċari.
X’taħsbu dwar dan?