Aġġornat: Il-Filmat Tal-Imsida Mhux Tal-Lum
Fl-Artiklu li tellajna ftit tal-ħin ilu, ħeġġiġna lill-pubbliku biex joqgħod attent jekk jinsab barra filwaqt li jżomm lura milli joħroġ bla bżonn.
Illum sebaħ jum ta’ maltemp fejn ix-xita ilha nieżla b’mod kontinwu sa mill-5.30am.
Dan il-filmat li waslilna għandna ftit tal-ħin ilu dwar l-għargħar ħdejn l-Għajn tal-Ħasselin fl-Imsida jirriżulta li ma kienx tal-lum. Il-filmat twassal mingħand iżjed minn persuna waħda tant li anke kkonfermawh.
Madanakollu jidher li qed jinxtered b’mod qarrieq.
Kellimna wkoll is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima fejn ikkonferma li dan il-filmat mhux tal-lum fejn huwa stess għandu uffiċju fl-akkwata kif jixhdu r-ritratti. Il-Filmat huwa ta’ qabel l-2010.
Dan il-filmat ittella’ wkoll minn numru ta’ siti uffiċjali oħra u malli ndunaw, tneħħa. Madanakollu aħna xtaqna nikkjarifikaw u nfehmu lin-nies x’jiġri.
Nota: Huwa aġir ħażin li jinxtered filmat biex jippannikkja lill-pubbliku meta ma jurix l-istampa attwali. Bla dubju nifhmu li aħna rridu nikkonfermaw, u aħna hekk għamilna fejn is-sorsi baqgħu jsostnu li l-filmat huwa issa u dawn is-sorsi kienu iżjed minn wieħed u tnejn. Dan juri kemm irridu nibżgħu iżjed għal xulxin fuq dak li nxerdu fil-midja soċjali. Ħassejna fid-dmir tagħna li flok naqbdu u nneħħu l-artiklu, nikkjarifikaw b’irġulija.
Wieħed isaqsi: Xi skop hemm li xi ħadd jieħu gost jallarma għalxejn? Ħsieb politiku? Bla fini ta’ xejn? Bi Żball? B’inkejja? B’Aġenda?