Aġġornat: Jinstab Katavru Fil-Baħar Viċin Filfla – S’Issa Għadu Mhux Identifikat

Aktar kmieni dalgħodu nstab katavru fil-baħar qrib Filfla, ‘il barra minn Wied iż-Żurrieq.
Fi stqarrija l-Pulizija qalu li għall-ħabta tal-10:30am ġew infurmati li x’aktarx intlemaħ kadavru fil-baħar qrib Filfla.
Fuq din l-informazzjoni, il-Pulizija tad-Distrett minnufih talbet l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta li minn naħa tagħhom marru fuq il-post, tellgħu l-katavru mill-baħar u ttieħed fil-Bażi Marittima f’Xatt it-Tiben.
Bil-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Dr Yana Micallef Stafrace li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
Il-Pulizija tad-Distrett għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha biex ikun identifikat il-kadavru.