Aġġornat: Tifel Ta’ Sena Fil-Periklu Tal-Mewt Wara Li Waqa’ Żewġ Sulari Minn Gallarija Fl-Imsida

 Aġġornat: Tifel Ta’ Sena Fil-Periklu Tal-Mewt Wara Li Waqa’ Żewġ Sulari Minn Gallarija Fl-Imsida

Tifel ta’ sena fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ żewġ sulari.

Il-każ seħħ aktar kmieni llum, għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu, fi Triq Santa Venera, l-Imsida.

Il-Pulizija tad-Distrett marret immedjatament fuq il-post u mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li tarbija ta’ sena, waqa’ madwar żewġ sulari minn gallarija u sofra xi ġrieħi.

It-tifel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Lara Lanfranco, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com