Ajruplan Żgħir Jagħmel Inżul Ta’ Emerġenza Fl-Ajruport Ta’ Malta

 Ajruplan Żgħir Jagħmel Inżul Ta’ Emerġenza Fl-Ajruport Ta’ Malta

Ajruplan żgħir privat b’żewġ persuni abbord kellu jagħmel inżul ta’ emerġenza fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta.

Fi stqarrija kien konfermat li għall-ħabta tas-2:20pm il-bdot li kien qed itajjar l-ajruplan iddikjara li kien ħa jagħmel inżul ta’ emerġenza minn ħabba problema li żviluppat fir-roti tal-ajruplan. Fil-fatt il-ħsara teknika kienet kawżata fil-landing gear, hekk kif ir-rota tan-naħa tal-lemin ma setax tinżel.

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta minn dak il-ħin skatta pjan ta’ emerġenza fejn membri tas-salvataġġ tal-ajruport flimkien mal-membri tat-tifi tan-nar fost oħrajn kienu lesti għal li jista’ jinqala’.

Wara madwar siegħa ta’ tentattivi, l-ajruplan irnexxielu jinżel fuq ir-runway fit-3:20pm.

B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.

Dwar il-każ infetħet investigazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti biex tiġi stabbilita l-kawża dan l-inċident.

Ritratti: Mario Caruana

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com