Bħal-Lum Kien Beda L-Ewwel Ġuri Fl-Istorja Kriminali Maltija

 Bħal-Lum Kien Beda L-Ewwel Ġuri Fl-Istorja Kriminali Maltija

Kien bħal-lum 16 ta’ Novembru tal-1815 meta sar l-ewwel ġuri fl-istorja kriminali Maltija fil-Palazz tal-Gvernatur. Din kienet sessjoni tal-Qorti tal-Piraterija u kienet presjeduta mill-Gvernatur Sir Thomas Maitland assistit minn erba’ kummissjonarji.

Id-deċiżjoni li f’Malta jibdew isiru l-ġurijiet bħall-Ingilterra kienet ittieħdet minn Kummissjoni li kienet żaret il-Gżejjer Maltin fl-1 ta’ Frar fl-1815.

Il-Gvernatur Maitland ma kienx jaqbel mas-sistema u kien qal lill-ġurati li, kieku kien għalih, ma kienx isejħilhom.

Ritratt: Opinio Juris

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com