Il-Ministeru Għas-Saħħa Beda Proċess Biex Jinkludi Trattament Ġdid Għall-Kura Tal-Kanċer Tas-Sider

 Il-Ministeru Għas-Saħħa Beda Proċess Biex Jinkludi Trattament Ġdid Għall-Kura Tal-Kanċer Tas-Sider

F’reazzjoni għall-istqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjonalista lbieraħ dwar il-mediċina għall-kura tal-kanċer tas-sider, fejn ntqal li l-Gvern waqaf jagħti sapport finanzjarju għal dan, il-Ministeru għas-Saħħa qal li mill-2017 ‘l hawn madwar 17-il mediċina ġdida għall-kanċer bdew jingħataw b’xejn.

Fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa sostna li matul din il-leġislatura, bdew jiddaħħlu aktar mediċini tal-kanċer ġodda tal-ogħla livell fuq il-formularju tal-Gvern. S’issa diġà ddaħħlu madwar 17-il mediċina u ‘l fuq minn 500 pazjent fis-sena qed jibbenefika minn dawn il-mediċini.

Ntqal li t-trattament, Pembrolizumab, ġie ċċertifikat mill-Awtorità Ewropea tal-Medċina (EMA) biex jintuża għall-kanċer tas-sider tat-tip triple negattiv fid-19 ta’ Ottubru li għadda. Immedjatament il-Ministeru għas-Saħħa beda l-proċess biex ikun jista’ jinkludi dan it-trattament għal dan it-tip ta’ kanċer.​

Ritratt: Sky News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com