Bil-Filmat: Attività F’Paceville Fejn Kien Qed Ikanta Akon Titwaqqaf Mill-Pulizija

 Bil-Filmat: Attività F’Paceville Fejn Kien Qed Ikanta Akon Titwaqqaf Mill-Pulizija

Ilbieraħ filgħaxija l-Pulizija waqfet attività tal-massa li kienet qed isir fi stabbiliment tad-divertiment f’Paceville. Din l-attività kienet parti mill-Festival Internazzjonali tal-iGaming SiGMA, fejn kif inhu magħruf għalih dan il-festival l-għeluq tiegħu jkun wieħed li ħafna jkunu qed jistennew.

Din is-sena wara n-nuqqas tas-sena l-oħra biex jagħlaq dan il-Festival kien mistieden il-kantant internazzjonali Akon li bla dubju ġibed interess minn bosta sabiex jattendu għal din l-attività. Kien mistenni ukoll li jinfetħu 500 flixkun tax-xampanja biex jkun iċ-ċelebrat is-suċċess u r-reżiljenza ta’ din l-industrija waqt il-pandemija.

Għal ħabta ta’ nofs il-lejl kien rappurtat li l-Pulizija daħlu fl-istabbiliment sabiex iwaqqfu l-attività li kienet qed issir bi ksur aggravat tar-restrizzjonijiet attwali tal-Covid-19. Il-Pulizija waqfu l-mużika u bdew joħorġu lin-nies kollha barra l-istabbiliment li ħafna minnhom kienu barranin. Rapporti qalu wkoll li ma kienx qed jiġi mitlub iċ-ċertifikat tal-vaċċin mad-dħul, apparti li r-restrizzjonijiet tad-distanza soċjali kienu injorati totalment.

Fil-jiem li għaddew ukoll kien rrapportat fuq siti tal-aħbarijiet li waqt il-Festival innifsu f’Ta’Qali ma’ kien hemm l-ebda forma ta’ restrizzjonijiet li kienu qed jkunu segwiti.

@aliceinwonderland009 Didn’t pay to get kicked out within the first hour😒 #sigma #malta #sigmamalta #covid #police ♬ original sound – Alice

@marc.edward Just another day at the office #sigma #igaming #malta #party #dj #gaming #conference ♬ original sound – Marc Edward

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com