Bil-Filmat: Inawgurat Is-Saqaf Tal-Kor Tal-Bażilika Ta’ Kristu Re – Kapulavur Ieħor Mill-Artist Manuel Farrugia

 Bil-Filmat: Inawgurat Is-Saqaf Tal-Kor Tal-Bażilika Ta’ Kristu Re – Kapulavur Ieħor Mill-Artist Manuel Farrugia

Ilbieraħ filgħaxija fil-Bażilika ta’ Kristu Re, Paola ġiet inawgurata l-pittura tas-saqaf tal-kor.

Dan ix-xogħol ġie inawgurat propju fil-Festa tal-qaddisin kollha, kapulavur ieħor li sar mill-artist Għawdxi Manuel Farrugia.

Is-suġġetti li ġew impittra jirrappreżentaw il-parabbola tal-festa tat-tieġ (Lq 14, 15-24), kif ukoll il-parabbola tax-xibka (Mt:13:47). Jakkumpanjaw iż-żewġ parabboli hemm erba’ mill-profeti maġġuri.

F’messaġġ fuq il-mezzi soċjali Manuel Farrugia irringrazzja lil kull min b’xi mod jew ieħor ta xi għajnuna, kif ukoll lill-kappillan Dun Marc Andre Camilleri u l-kleru tal-Bażilika.

Ara l-filmat:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com