Bil-Filmat: “Ir-Ritorn Lura Fuq Il-Kampus Tal-Università Hija Xi Ħaġa Sabiħa Wisq…”

 Bil-Filmat: “Ir-Ritorn Lura Fuq Il-Kampus Tal-Università Hija Xi Ħaġa Sabiħa Wisq…”

Hekk kif issa l-ħajja fl-Università qabdet reġgħet qabdet ir-ritmu w l-istudenti reġgħu qegħdin lura b’mod fiżiku jidher li r-rispons għal dan kien wieħed pożittiv.

Matul l-aħħar sena l-lezzjonijiet kienu qed isiru b’mod virtwali minħabba l-pandemija, u kienu komdi wkoll minħabba li wieħed seta’ jiffranka ħafna ħin fosthom fl-ivjaġġar lejn u mill-Università. Però minn kummenti li qalu diversi studenti mill-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà xejn ma jieħu post il-kuntatt uman bir-ritorn lura fuq il-Kampus u fil-klassijiet.

F’dan il-filmat li wieħed jista’ jsib fuq il-paġna uffiċjali tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà fuq il-mezzi soċjali, wieħed jinnota li dawk kollha intervistati kollha jaraw ir-ritorn tagħhom lura fl-Università bħala xi ħaġa pożittiva u sabiħa.

Ara l-filmat:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com