Bil-Filmat: Tmien Persuni Spiċċaw Nqatlu Waqt Kunċert Ta’ Travis Scott

 Bil-Filmat: Tmien Persuni Spiċċaw Nqatlu Waqt Kunċert Ta’ Travis Scott

Tmien persuni spiċċaw nqatlu u bosta oħra ndarbu waqt kunċert f’Texas, fl-Istati Uniti.

Din it-traġedja seħħet matul il-lejl li għadda meta madwar 50,000 ruħ attendew għall-kunċert tal-artist Travis Scott.

Ir-rassa kienet waħda kbira tant li f’mumenti fuq in-naħa ta’ quddiem tal-folla tant kemm kien hemm rassa li Travis Scott kellu jieqaf iktar minn darba minn ħabba diversi nies li deheru li qegħdin f’diffikultà sakemm il-kunċert kellu jitwaqqaf għal kollox.

Jidher li fil-bidu tal-kunċert diversi nies li ma kellhomx biljetti spiċċaw kisru u daħlu bil-forza mill-entratura, li jista’ jkun wassal għal numru ferm ikbar ta’ nies li kien hemm waqt il-kunċert iktar milli kien ippjanat.

Ritratt: Euronews 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com