Dalwaqt Se Tibda ‘The President’s Solidarity Fun Run’ 2021

 Dalwaqt Se Tibda ‘The President’s Solidarity Fun Run’ 2021

Bosta lokalitajiet qed jippreparaw biex fihom jilqgħu parteċipanti għall-President’s Solidarity Fun Run b’uħud mil-lokalitajiet bħaż-Żurrieq, Żejtun, il-Kalkara, Pembroke, Ħal Tarxien, ir-Rabat u Raħal Ġdid… jaqbżu ammonti kbar ta’ parteċipanti. Din se tibda fl-10.00.

Jekk persuna tixtieq tagħti donazzjoni mingħajr ma tipparteċipa, huwa possibbli dan? Sandro Mangion-kelliem għall-uffiċċju tal-President qalilna hekk…

“Naturalment. Il-ġid li twettaq il-Community Chest Fund huwa possibbli biss grazzi għad-donazzjonijiet. Wieħed jista’ jagħti d-donazzjoni tiegħu fl-uffiċini tal-Fondazzjoni, jew inkella onlajn fuq mccf.store. Barra minn hekk, hemm l-inizjattiva L-Istrina Crowdfunding. Wieħed jista’ jidħol fis-sit strinacrowdfunding.mt u jagħmel l-għotja tiegħu b’sempliċi klikkjatura.

Hemm diversi inizjattiva oħrajn li għaddejjin bħalissa, u li permezz tagħhom wieħed jista jgħin. Fost dawn hemm l-irkant onlajn tal-arti (artsauction.mt) u s-sett sabiħ ta’ kartolini li l-Maltapost ħarġet b’risq il-Fondazzjoni kif ukoll l-edizzjoni tal-2021 tal-ktieb Tisjir mill-Qalb.

Għaddejja wkoll il-BOV L-Istrina Piggy Bank Campaign fl-iskejjel u bdew jibiegħu l-biljetti għar-Rockestra, li din is-sena se jkollu żewġ serati u li d-domanda għalih hija impressjonanti.”

Sadanittant, nawguraw l-isbaħ mumenti lil dawk kollha li se jipparteċipaw fiżikament.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com