“Erġajt Ninsab Kuntent…Intom Ilkoll Eroj!” – Daniel Chircop
Wara li nhar il-Ġimgħa li għadda ħafna tkellmu dwar il-filmati xokkanti mill-Belt Valletta, ilbieraħ bħal donnu erġajna ksibna lura l-fiduċja fl-umanità.
Ilbieraħ fl-inċident li seħħ fil-Qawra fejn żewġ anzjani spiċċaw nqabdu f’karozza li waqgħet f’sit ta’ kostruzzjoni, dehru bosta nies f’ritratti u filmati jippruvaw jgħinu billi jżommu l-karozza milli tkompli taqa’ għal isfel.
“Erġajt ninsab kuntent nara li fil-verità f’Malta tagħna hawn min għandu qalb ta’ veru fil-mument tal-bżonn,” hekk kiteb Daniel Chircop dwar dawn in-nies li raw kif għamlu u ngħaqdu sabiex isalvaw il-ħajja ta’ dawn iż-żewġ anzjani.
“Dawn raw x’għamlu ma ħarġux il-mobile biex jiffilmjaw. Well done…intom ilkoll eroj!” temm jgħid Daniel Chircop.
Prosit lil dawn in-nies li waqfu sabiex jgħinu kif ukoll lill-Pulizija u l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li rnexxielhom jsalvaw liż-żewġ anzjani fil-ħin mingħajr ma ġarrbu l-ebda ġrieħi.