“Fi Żminijiet Diffiċli, Imxi ‘L Quddiem B’Passi Żgħar” – It-Tabib Nicholas Briffa
“Fi żminijiet diffiċli, imxi ‘l quddiem b’passi żgħar. Agħmel dak li għandek bżonn tagħmel, iżda ftit ftit. Taħsibx dwar il-futur, lanqas dwar x’jista’ jiġri għada.”
Dan huwa ħsieb li kiteb Dr Nicholas Briffa fuq il-midja soċjali tiegħu. Huwa ħsieb ġenwin li kultant ilkoll ngħaddu minnu u forsi nħossuna mitlufin.
Issuġerixxa hekk: “Aħsel il-platti. Farfar t-trab. Pjana x’se tieklu. Agħmel xi soppa. Agħmel froġa sempliċi bil-faqqiegħ u l-irkotta. Agħmel kikkra tè tajba u fettet fiha żewġ krustini tal-lewż morr.”
Staqsa jekk tinnotax x’qiegħed jiġri?
Ir-risposta hija li qed timxi ‘l quddiem pass pass. Agħmel pass u ieqaf. Irrilassa. Agħti l-kumplimenti lilek innifsek. Agħmel pass ieħor. Imbagħad pass ieħor.
“Mhux se tinduna bihom, iżda l-passi tiegħek se jiżdiedu u jkomplu jiżdiedu. Se jasal iż-żmien meta se tkun tista’ taħseb fil-futur mingħajr ma tibki u taqta’ qalbek. Se jasal. Se jirnexxielek.”
Kliem pożittiv tassew li jgħin!
Ritratt: Nicholas Briffa / Alice Mahtik