Il-Belt Valletta Lura Għan-Normal

 Il-Belt Valletta Lura Għan-Normal

“Valletta lura għan-normal”, saħaq Jason Micallef Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta fuq il-midja soċjali tiegħu.

Tenna li minkejja llum kien temp ikrah, il-Belt imtliet b’folol ta’ nies.

“Kulfejn tara, tilmaħ ġemgħat sħaħ ta’ nies, jimxu, josservaw, jieklu, jiddevertu. Kjuwijiet twal ta’ mijiet ta’ turisti jistennew biex jidħlu jaraw il-Kon Katidral ta’ San Ġwann. Ristoranti u kafes litteralment miżgħudin b’Maltin u turisti.”

Esprima li dan il-ġid u kuntentizza, minnhom igawdi kulħadd.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com