Il-Kap Tal-PN Bernard Grech Bi Żjara Fil-Fabbrika Tal-Maypole F’Tal-Ħandaq

 Il-Kap Tal-PN Bernard Grech Bi Żjara Fil-Fabbrika Tal-Maypole F’Tal-Ħandaq

“Il-bidla b’viżjoni li jrid il-Partit Nazzjonalista hi ntiża anki sabiex tgħin u ssaħħaħ is-settur tal-manifattura f’Malta u li anki twassal lil diversi kumpaniji sabiex jibdew jesportaw aktar lejn swieq barranin, sabiex permezz ta’ hekk ikabbru l-operat u l-profitti tagħhom. Dan fost l-oħrajn permezz tal-proposta tal-Partit Nazzjonalista li jitwaqqaf fond nazzjonali ta’ 40 miljun Ewro bħala għajnuna lill-industrija tal-manifattura u l-SMEs sabiex jgħelbu l-problema ta’ spejjeż żejda kkawżati mill-insularita’ ta’ Pajjiżna.”

Hekk qal il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta dalgħodu żar il-fabbrika u l-uffiċini tal-kumpanija Maypole f’Tal-Ħandaq, negozju tal-familja bi storja li jmur lura għas-snin sittin.

Dr Grech tkellem kif il-PN iħares lejn is-settur privat bħala settur li hu mportanti ferm għal pajjiżna u għaliex hu s-settur stess li għandu l-viżjoni ta’ kif iridu jtejbu dejjem aktar is-settur tagħhom, il-politiku għandu d-dmir u l-obbligu li jservi bħala għodda sabiex it-triq tas-suċċess tagħhom tkun aktar imwittija, għaliex is-suċċess tagħhom huwa s-suċċess tal-ekonomija Maltija.

Il-Kap tal-PN Bernard Grech kellu l-okkażjoni li jiltaqa’ mal-maniġment u l-ħaddiema ta’ din il-kumpanija u jara l-proċess ta’ kif isiru l-prodotti illi joffru.

Jakkumpanjaw lil Kap Nazzjonalista kien hemm il-kandidati għall-Elezzjoni Ġenerali Ivan Castillo u Rebekah Cilia.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com