Il-Kowċ Ta’ 70 Sena Li Kien Akkużat B’Fastidju Sesswali Fuq Tifla Ngħata L-Libertà Proviżorja

Il-kowċ tal-futbol li kien akkużat li kien ta fastidju sesswali lil tifla ta’ 15-il sena waqt li kienet taħt il-kura tiegħu, ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li fil-25 ta’ Ottubru kien tressaq il-qorti u kien inżamm taħt arrest preventiv.
Ir-raġel ta’ 70 sena, illum ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €10,000.
Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit tat il-ħelsien mill-arrest wara li qieset il-fatt li x-xhieda vulnerabbli kollha diġà taw ix-xhieda tagħhom.