Il-Kurja Titlob Lil Fr. Andrew Jħassar Kumment Imma Tagħmel L-istess Lil Fr. David Muscat?

 Il-Kurja Titlob Lil Fr. Andrew Jħassar Kumment Imma Tagħmel L-istess Lil Fr. David Muscat?

Wara li ħarġet storja fuq il-midja fejn Fr. Andrew Borg ddeskriva lill-Kandidata Nazzjonalista Emma Portelli b’titli diversi għall-għażla tagħha dwar is-suġġett tal-abort, intqal fuq Lovin Malta li sorsi li tkellmu mat-Times of Malta saħqu li Borg ħassar il-kumment u anke l-paġna tiegħu ta’ Facebook wara intervent mill-Kurja.  

Madanakollu, bosta kienu r-reazzjoni li qalu jekk il-Kurja timxi hekk ma’ qassis, għaliex mhux l-istess ma’ Fr David Muscat tal-Mosta li jitkellem fil-pubbliku b’tali mod li jweġġa’ kontinwament lill-persuni LGBTIQ b’titli żejda fejn anke dawk li jikkumentawlu jgħidulu li faqagħhom bid-daħq. Din ma kinitx l-ewwel darba fejn donnu Fr. David Muscat iħobb isegwi sew il-paġna tagħna ta’ Stradarjali u spiss isemmina.

Il-qassis Fr David Muscat spiss jgħid li qed jisfa fil-mira ta’ tgħajjir għaliex skont hu, jitkellem il-verità u fl-istess waqt ma jidnunax xi ħsara qed joħloq hu stess bi kliemu fuq persuni oħra.

Mhux talli hekk, talli jaċċetta li wħud minn dawk li jiktbulu jaslu wkoll jżefnu l-politika fin-nofs u jitkellmu b’mod baxx.

Dan huwa aċċettabbli mill-Kurja? Ejjew naħsbu li forsi ġa ħadet azzjoni l-kurja u allura, xorta ma jagħtix kas Fr David? Din hija l-imħabba li l-Knisja Kattolika tixtieq ixxerred u tħobb lil kulħadd biha? Nistaqsu!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com