Il-President George Vella U S-Sinjura Vella Se Jkunu Qed Jżur Pazjenti Maltin F’Londra

 Il-President George Vella U S-Sinjura Vella Se Jkunu Qed Jżur Pazjenti Maltin F’Londra

Il-President ta’ Malta, George Vella, akkumpanjat mis-Sinjura Vella se jkun qed iżur pazjenti Maltin li qed jingħataw il-kura f’Londra.

Fi stqarrija ntqal li matul iż-żjara ta’ erbat ijiem, il-President u s-Sinjura Vella se jiltaqgħu wkoll mal-qraba tal-pazjenti li bħalissa qed jibbenefikaw ukoll mill-għajnuna tal-Malta Community Chest Fund Foundation.

Se jżuru l-appartamenti ta’ Puttinu Cares u s-Sorijiet Franġiskani u Agostinjani li jospitawhom, filwaqt li se jiltaqgħu wkoll ma’ wħud mill-kirurgi Maltin u barranin li għandhom taħt il-kura tagħhom il-pazjenti Maltin f’Londra.

Sakemm il-President ikun Londra, is-Sinjura Dolores Cristina se sservi fil-kariga ta’ Aġent President ta’ Malta.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com