“Il-Parkeġġ Ta’ Taħt L-Iskola Tal-Qawra Għandu Jintuża Wkoll Mir-Residenti Tal-Akkwata” – Il-Kunsilliera Graziella Galea

 “Il-Parkeġġ Ta’ Taħt L-Iskola Tal-Qawra Għandu Jintuża Wkoll Mir-Residenti Tal-Akkwata” – Il-Kunsilliera Graziella Galea

Il-problema tat-traffiku f’kull lokalità saret waħda mill-ikbar problemi, fil-Qawra mhux b’inqas.

Dalgħodu l-kandidata tal-PN u kunsillier fil-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar Graziella Galea fuq il-mezzi soċjali tagħha qalet li dwar din il-problema kitbet lill-Onor. Ministru Justyne Caruana sabiex il-parkeġġ ta’ taħt l-iskola fil-Qawra, San Pawl il-Baħar, ikun jista’ jintuża mir-residenti tal-akkwata. Hija żiedet tgħid li dan minħabba nuqqas kbir ta’ parkeġġ f’din iż-żona.

B’dispjaċir Galea qalet li ġiet infurmata li qed isir eżerċizzju olistiku għall-iskejjel kollha inkluż din.

“Nistaqsi, x’inhu dad-dewmien kollu fuq materja daqshekk sempliċi għall-ġid tar-residenti?!” temmet tgħid Graziella Galea fil-messaġġ tagħha.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com