Il-PM Robert Abela Fi Glasgow Għall-Konferenza COP26

Il-Prim Ministru Robert Abela llum qed jattendi l-ewwel ġurnata mill-konferenza tan-Nazzjonijiet Maqgħuda dwar it-tibdil fil-klima. Din il-konferenza COP26 kienet posposta b’sena minn ħabba l-pandemija.
Robert Abela permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali qal li “bħala mexxejja qed niltaqgħu fi Glasgow, l-iSkozja, biex naħdmu għal soluzzjoni komuni dwar l-isfida globali tat-tibdil fil-klima.”
“Qed nuru kif bħala pajjiż ninsabu mpenjati li nagħmlu l-parti tagħna. Urejna dan ukoll b’diversi miżuri fil-baġit għas-sena d-dieħla,” temm jgħid Il-Prim Ministru Robert Abela.