Il-Prim Ministru Jżur Is-Set Tal-Film ‘Prizefighter: The Life Of Jem Belcher’

 Il-Prim Ministru Jżur Is-Set Tal-Film ‘Prizefighter: The Life Of Jem Belcher’

Dalgħodu l-Prim Ministru Robert Abela żar is-set tal-film li qed jinħadem bħalissa f’Malta b’wieħed mill-atturi prinċipali huwa Russell Crowe.

Il-Prim Ministru f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali qali li l-industrija tal-films baqgħet b’saħħitha anke waqt il-pandemija.

Robert Abela qal li bħalissa aktar minn 200 ħaddiem Malti qed jieħdu sehem fil-film ‘Prizefighter: The Life of Jem Belcher.’ “Kelli ċ-ċans inżur is-set tal-film li fih qed jieħu sehem ukoll l-attur ta’ fama internazzjonali Russell Crowe,” tenna l-Prim Ministru.

“Se nibqgħu naħdmu biex Malta tibqa’ attraenti f’dan is-settur u noħolqu iktar opportunitajiet ta’ xogħol,” temm jgħid Robert Abela.

Huwa kien akkumpanjat mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo kif ukoll mill-Kummissarju tal-Films Johann Grech.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com