Illum F’Jum Santa Katarina Tixxarrab Il-Ġulbiena

 Illum F’Jum Santa Katarina Tixxarrab Il-Ġulbiena

Tradizzjonijiet sbieħ. Żgur li xi darba jew oħra smajtu li fil-25 ta’ Novembru; eżatt xahar qabel il-Milied u f’jum il-Festa ta’ Santa Katerina, tixxarrab fl-ilma il-ġulbiena. Illum hija l-festa liturġika ta’ Santa Katerina Verġni u Martri.

Dan isir biex tibda tinbet qabel imbagħad tinżera’ fil-mod tagħha. Jingħad li suppost, imbagħad il-ġulbiena tinżera’ fit-28 ta’ Novembru wara tliet ijiem imxarba.

Jingħad ukoll li l-ġulbiena apparti li hija ikel tal-bhejjem, kienet tintuża biex iżejjen fil-Milied meta d-dekorazzjonijiet kienu skarsi u kien hawn il-faqar.

Bl-ingliż, iż-żerriegħa tal-ġulbiena tissejjaħ ‘vetches’. Għadha popolari sal-lum speċjalment fil-knejjes tagħna fejn ħafna jaffaxxinaw ruħhom, bil-bjuda u l-kobor li bosta sagristana kapaċi jagħmluha u jkabbruha.

Hemm ukoll min jgħid li l-ġulbiena tinżera’ fil-Kunċizzjoni (8 ta’ Diċembru). It-tnejn li huma tradizzjonijiet u jaf ikunu differenti għall-persuni li ġejjin minn irħula differenti.

 

Ritratt: guidememalta.com

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com