Illum Huwa L-Jum Dinji Ddedikat Lis-Sajd – Ara X’Għamlet Alicia Bugeja Said
Hekk kif illum huwa l-Jum Dinji iddedikat lis-Sajd, il-kandidata Laburista Alicia Bugeja Said ħasbet li tagħmel xi ħaġa ta’ ġid marbut propju ma’ dan il-jum.
“Flimkien mat-tim tiegħi ilbieraħ tajna għotja ta’ ħut lil diversi djar li jieħdu ħsieb residenti b’abbiltajiet differenti, sabiex illum igawdu ikla ħut flimkien.” Hekk kitbet dalgħodu fuq il-mezzi soċjali tagħha Alicia Bugeja Said, fejn bla dubju l-ħsieb tagħha feraħ bosta residenti f’dawn id-djar.
Hija temmet il-messaġġ tagħha billi irringrazzjat lill-komunitajiet tas-sajjieda kollha ta’ Malta u Għawdex kif wkoll il-pitkala, l-vendituri u l-uffiċċjala inkarigati minn dan is-settur f’Jum is-Sajd.