It-Three Palaces Online Festival Jibda’ Nhar It-Tnejn Li Ġej!

 It-Three Palaces Online Festival Jibda’ Nhar It-Tnejn Li Ġej!

It-Three Palaces Festival, li ser iseħħ online, ser jibda’ nhar it-Tnejn u ser joffri programm mill-iktar eċitanti li jolqot il-gosti ta’ kulħadd. Fost id-dixxiplini differenti li l-festival jiċċelebra hemm iż-żfin, it-teatru, u l-mużika. Fil-programm tat-Three Palaces, hemm lesti 6 proġetti differenti, kollha f’forma ta’ videos li jpittru storja mibnija fuq it-temi ta’ Caravaggio, Dante Aligheri kif ukoll l-arkitettura Maltija.

Permezz ta’ dawn il-prestazzjonijiet uniċi, l-ispettaturi ser jesperjenzaw verżjonijiet differenti tat-tema tas-Sagru u l-Profan, skont l-interpretazzjonijiet ta’ diversi artisti. Is-sbuħija ta’ dan il-Festival huwa li kull proġett, fl-uniċità tiegħu, xorta waħda għandu punt tat-tluq komuni li b’xi mod jew ieħor, permezz ta’ arti jew oħra jieħu lit-telespettatur fuq vjaġġ artistiku. Il-proġetti huma ddisinjati sabiex jolqtu l-gosti ta’ kulħadd, b’taħlita’ interessanti ta’ ġeneri u stili, fosthom dawk klassiċi, kontemporanji u esperimentali.

Dan il-Festival diġitali nteressanti ser jibda’ nhar it-Tnejn 8 ta’ Novembru 2021, bil-prestazzjonijiet imxandrin fuq il-YouTube Channel ta’ Festivals Malta.

Il-programm tal-Festival huwa dan:

Oskur 

8 ta’ Novembru 2021, 8:30pm – Interpretazzjoni awdjoviżwali tal-chiaroscuro ta’ Caravaggio u t-tenebriżmu

The Kiss

9 ta’ Novembru 2021, 8:30pm – Proġett ta’ Moveo Dance Companyb’interpretazzjoni tal-istorja traġika tal-imħabbba ta’ Francesca u Paolo.

Portal Shades 

9 ta’ Novembru 2021, 9:00pm – Prestazzjoni minn Contact Dance Company spirata mill-bibien u l-aperturi flimkien mal-infern u l-ġenna ta’ Dante.

Nel Mezzo Del Cammin

10 ta’ Novembru 2021, 8:30pm – Vjaġġ multidixxiplinarju ta’ muzika, drama u żfin b’kollaborazzjoni mal-Istitut Kulturali Taljan

Of Hell and Exile

11 ta’ Novembru 2021, 8:30pm – Proġett immersiv ta’ djalogu soċjo-politiku li jesplora id-Divina Commedia ta’ Dante

Inferno

12 ta’ Novembru 2021, 8:30pm – L-illużjoni u l-iskultura jingħaqdu permezz ta’ figuri teatrali f’viżwal ta’ No Gravity.

Għal aktar informazzjoni, żur is-sit ta’ Festivals Malta: www.festivals.mt/ttp

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com