Jitħabbru L-Ewwel 35 Kanzunetta Ta’ Mużika Mużika 2022

 Jitħabbru L-Ewwel 35 Kanzunetta Ta’ Mużika Mużika 2022

Fil-15 t’Ottubru Festivals Malta għalaq is-sottomissjonijiet għat-tieni edizzjoni tal-festival Mużika Mużika li ser isir bejn l-24 u s-26 ta’ Marzu 2022.

Wara s-suċċess tas-sena li għaddiet, il-festival irnexxielu jiġġenera konkorrenza akbar mis-sena li għaddiet, b’170 applikazzjoni sottomessa.

Fil-ġranet li għaddew kien hemm l-ewwel fażi tal-eliminazzjoni fejn seba’ membri tal-ġurija ġġudikaw l-applikazzjonijiet kollha li ġew sottomessi, li minnhom intgħażlu l-aħjar 35 kanzunetta. Dawn ser ikunu qed jgħaddu għall-fażi li jmiss fejn ser jiġu esebiti live quddiem seba’ membri tal-ġurija oħra, differenti minn dawk tal-ewwel fażi, biex jingħażlu l-għoxrin semifinalist li ser jikkompetu f’Marzu li ġej.

Fi stqarrija Festivals Malta rringrazzjaw lil dawk kollha li ssottomettew l-applikazzjoni tagħhom għat-tieni edizzjoni tal-festival.

Il-35 kanzunetta li għaddew għall-fażi li jmiss huma dawn:

Aħjar Hekk Inkella Agħar; Artist: Mara

Baraxx; Artisti: Dan u Tikka Banda

Barkiet; Artist: Victorio Gauci obo L-Aħwa

Bla Tarf; Artist: Kurt Calleja

Dak Kien Żmien; Artisti: Lyndsay Pace u Matthew Attard

Emmen; Artist: Carlo Fenech

Eroj; Artist: Darrel Pace

Fejn Hi; Artist: Jahel Cardona

Fittixni; Artist: Victoria Sciberras

Għal Dejjem; Artist: Norbert Bondin

Għal Ħdejja LLejla; Artist: Kurt Cassar

Għaliex Int? (Illum); Artist: Kersten Graham

Ġmielek; Artist: Claudia Faniello

Ħlomt li; Artisti: Bernie & Pod u Fiona Cauchi

Idek f’Idi; Artist: Kelly Marie Cassar Hili

Il-Mużika u Jien; Artist: Nicole Frendo

Inħobbok Wisq; Artist: Cherylis Camilleri

Jien l-Artist; Artist: Cherylis Camilleri

Kenn; Artist: Cheryl Camilleri

Kewkba Feġġejja; Artist: Gaia Cauchi

Kieku Nista’; Artist: Maria Brincat

Kif Nista Ma Nħobbokx; Artist: Ilenia Camilleri

Mewġ; Artisti; Bloodline

Mil-Lenti Tiegħi; Artist: Joseph Refalo

Minn Taħt l-Ilsien; Artisti: Avenue Sky

Ossiġnu; Artisti: Danica Muscat u Kapitlu Tlettax

Purgatorju; Artisti: Oxygyn

Sakemm Hawn Int; Artist: Joseph Refalo

Tagħna t-Tnejn; Artist: Derrick Schembri

Taħt il-Friex; Artist: Kurt Cassar

Tgħidlix Għalfejn; Artist: Kyle George

Tkun ‘L Hawn Għaddi; Artisti: Kantera

Unika; Artist: Kylie Coleiro

Vuċi; Artisti: Cherylis Camilleri u Mikhail Attard

Wennisni; Artist: Franklin Calleja

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com