John Qabditu L-ALS Eżatt Kif Spiċċa Jweħħel Il-Madum

“Ġurnata mill-isbaħ għal John! Dan ir-ritratt jixgħel l-eċitament li kellhom din il-familija ħelwa. John Agius qabditu l-ALS eżatt xħin spiċċa jweħħel il-madum tad-dar ta’ waħda minn uliedu. John għamel żmien jaħdem bhala radiographer ukoll.”
Dan qalu Bjorn Formosa fuq il-midja soċjali tiegħu fejn spjega kif John Agius minħabba l-ALS ma setax joħroġ komdu fil-karozza u kellu bżonn vann apposta.
Saħaq li b’hekk ALS Malta bħalissa qed tikrilu dan il-van apposta għall-persuni bl-ALS.
“Nixtiequ ngħinu aktar persuni jivjaġġaw permezz ta’ dawn il-vannijiet. L-ispiża biex tixtriehom hija kbira imma persważ li nsibu l-għajnuna meħtieġa”, appella Bjorn.
Ibgħat donazzjoni u għina ngħinu aktar pazjenti bl-ALS.
Ibgħat ‘SMS’ fuq 5061 8936 – €6.99
‘BOV mobile pay’ fuq 79096249
jew żur alsmalta.org/donate