L-Ispeaker Jiġi Ppreżentat Bil-Ktieb ‘Is-Sigriet Tas-Siġill’ Mill-Awtur Alfred Reale
L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia ġie ppreżentat bil-ktieb ‘Is-Sigriet tas-Siġill’ mill-awtur innifsu s-Sur Alfred Reale, liema preżentazzjoni saret fil-preżenza tal-Membru Parlamentari Kevin Cutajar.
L-awtur tenna li l-qligħ mill-bejgħ ta’ dan il-ktieb se jmur għall-Malta Guide Dogs Foundation, liema fondazzjoni pprovdiet kelb gwida lis-Sur Reale.
L-Ispeaker faħħar il-kuraġġ tas-Sur Reale u tenna li, għalkemm huwa bniedem b’nuqqas ta’ vista, irnexxielu jegħleb numru ta’ sfidi u sab il-mezz li jikteb dan il-ktieb. L-Ispeaker Farrugia inkoraġġixxa lis-Sur Reale sabiex ikompli f’din il-ħidma, ħalli anke jkun ta’ ispirazzjoni għal min qiegħed jiffaċċja diffikultajiet minħabba diżabbiltà, għaliex b’hekk huma wkoll ikunu jistgħu jwasslu t-talenti tagħhom lill-poplu.
Ritratt: DOI