Lemħu L-Katavru Ta’ Manwela Vella Waqt Li Kienu Għaddejjin Minn Sqaq Fil-Qrendi

Bħal-lum 24 ta’ Novembru tal-1946, żewġt itfal kienu għaddejjin minn Sqaq San Mattew fil-Qrendi meta lemħu l-katavru ta’ Manwela Vella ta’ 42 sena li kienet ilha nieqsa madwar tliet ijiem.
Manwela kienet mart il-Kuntistabbli Carmelo. Hija nstabet f’ħofra fl-art u kellha xi daqqiet fuq rasha.
Carmelo Vella ta’ 45 sena, flimkien ma’ Kalċidonja Abdilla ta’ 34 sena mill-Qrendi stess, kienu mixlija bil-qtil tagħha.
Ritratt: restoration.gov.mt