Ma Jingħatax Il-Permess Biex Issir Il-Purċissjoni Tal-Kunċizzjoni F’Bormla
“Fuq barra mhemmx permess la min-naħa tal-awtoritajiet tas-saħħa u l-inqas mill-Arċidjoċesi biex issir. L-istatwa tal-Kunċizzjoni toħroġ lejliet li tibda n-Novena b’mod privat bħal ma sar is-sena li għaddiet”.
Hekk inkiteb fuq il-paġna tal-Kolleġġjata Marija Immakultata ta’ Bormla kif ukoll intqal fil-quddies mill-Arċipriet, il-Kanonku Anton Cassar.
Intqal la madanakollu, il-festa fuq ġewwa se ssir kollha bin-Novena, Transulazzjoni, it-Te Deum u l-quddiesa ta’ Diacono.
Apparti hekk, flok il-purċissjoni se ssir quddiesa fis-6.30 pm u wara ssir ir-ripożizzjoni tar-relikwija.
Iżda l-Belt Cospicua xorta qed tiżżejjen kif ukoll bla dubju ta’ xejn, il-Knisja.
B’hekk, it-tama li forsi kien hemm li l-festa tal-Kunċizzjoni tkun l-ewwel festa ċċelebrata biex immorru lura għan-normal, jidher li se jkollha tistenna wkoll.
Ritratt: Kolleġġjata Marija Immakulata Bormla